|
Ir-Reviżjonijiet isiru b'mod regolari u għandhom żewġ għanijiet prinċipali:
- Li jqisu kemm kien ta' ġid is-servizz matul it-tliet xhur li għaddew, bil-għan li jqisu kemm għandu effett is-servizz u kemm hu/hi sodisfatt/a il-klijent/a;
- Li jqisu mill-ġdid, flimkien mal-klijent/a, x'inhuma l-ħtiġijiet tiegħu/tagħha, u hekk jistgħu jfasslu flimkien l-istrateġija għat-tliet xhur li ġejjin.
Ir-Reviżjonijiet ikunu mfassla u koordinati mir-Residential Supervisor jew Professional Support Worker u aktarx isiru fir-residenza fejn i/tkun il-klijent/a. Jitqies importanti ħafna li l-klijenti ikunu preżenti fir-reviżjonijiet u jieħdu sehem fihom. Il-klijenti jistgħu wkoll jagħżlu li jkun hemm ħaddieħor fil-laqgħa li jista' jagħti kontribut siewi.
Is-Social Workers jattendu wkoll - meta tixtieq il-persuna - għal reviżjonjiet imsejħa minn xi grupp ieħor li qiegħed jagħtiha servizz. Ikunu hemm biex jagħtu sapport lill-klijent/a u jaqbżu għall-interessi tiegħu/tagħha skond ma jkun meħtieġ.
|