|
Is-Servizzi ta' Ħidma Soċjali tista' tinqeda bihom kull persuna b'diżabbilta' li teħtieġ din l-għamla ta' sapport: m'hemm l-ebda restrizzjoni dwar et jew tip ta' diżabbilta'. Iżda dawn is-servizzi jitmexxew skond il-kriterji li ġejjin:
- Tingħata prijorita' lil persuni b'diżabbilta' b'imġieba qalila, li jkunu f'riskju kbir li jiddaħħlu f'xi istituzzjoni, jew li jinsabu fi ħtieġa kbira.
- It-talba tal-persuna b'diżabbilta' tista' tintlaqa' bir-riżorsi li jkollhom is-Servizzi ta' Ħidma Soċjali f'dak iż-żmien partikulari. Fejn ma jkunx hemm mezzi dak iż-żmien, is-Servizzi ta' Ħidma Soċjali jintrabtu li jilqgħu għall-ħtiġijiet tal-individwu malli jkunu jistgħu.
- Is-Servizz huwa volontarju, jiġifieri li l-persuna b'diżabbilta', il-familja tagħha u/jew min jagħti s-servizz iridu jaqblu li jieħdu sehem fil-proċess ta' ħidma soċjali.
|