|
L-Aġenzija SAPPORT taf kemm spiss il-persuni b'diżabbilta' jsibuha iebsa meta ssirilhom bidla. Matul l-ewwel ġimgħat klijenti ġodda jafu jmorru lura, donnu jmorru għall-agħar, jinsew ħiliet li jkunu jafu, jissoktaw f'imġieba mhux normali, u wkoll iweġġgħu lilhom nnifishom. Għaldaqstant, SAPPORT tipprovdi programmi ta' transizzjoni għall-klijenti kollha li jkunu deħlin fir-residenzi biex bil-mod il-mod jitħejjew ħalli jidraw l-ambjent ġdid, u jiltaqgħu mar-residenti l-oħra u l-istaff.
|