Residential Services

BulletReviżjoni

Ir-Reviżjonijiet isiru kull tliet xhur u għandhom żewġ għanijiet prinċipali:

  • Li jqisu kemm kien ta' ġid is-servizz matul it-tliet xhur li għaddew, b'l-għan li jqisu kemm għandu effett is-servizz u kemm hu/hi sodisfatt/a il-klijent/a;

  • Li jqisu mill-ġdid, flimkien mal-klijent/a, x'inhuma l-ħtiġijiet tiegħu/tagħha, u hekk jistgħu jfasslu flimkien l-istrateġija għat-tliet xhur li ġejjin.

Ir-Reviżjonijiet ikunu mfassla u koordinati mir-Residential Supervisor jew Professional Support Worker u aktarx isiru fir-residenza fejn i/tkun il-klijent/a. Jitqies importanti ħafna li l-klijenti jkunu preżenti fir-reviżjonijiet u jieħdu sehem fihom. Il-klijenti jistgħu wkoll jagħżlu li jkun hemm ħaddieħor fil-laqgħa li jista' jagħti kontribut siewi.

Read in English