|
Malli tidħol talba għal servizz residenzjali, it-tim ta' Ħidma Soċjali jibda l-assessjar tal-bidu u jirranġa għas-servizzi li jridu jiġu wara. It-tim jagħmel għażla fost it-talbiet li jkollu fuq il-bażi tal-aktar ħtiġijiet iebsin u urġenti ta' l-individwi li qegħdin jitolbu għajnuna, u jressaq is-sitwazzjonijiet lis-Service Allocation Committee (SAC) għad-deċiżjoni dwar is-servizz li għandu jingħata. Is-Servizz jingħata skond it-talba li tkun saret u skond ma jippermettu r-riżorsi li jkollha l-Aġenzija f'dak iż-żmien, u kull applikant jirċievi d-deċiżjoni ta' l-SAC bil-miktub. Meta r-riżorsi jkunu jippermettu, u l-SAC tapprova li jista' jingħata servizz partikulari, membru mit-tim ta' Riżorsi flimkien mal-persuna b'diżabbilta' li tkun applikat u min ikollu biex jgħinu ifasslu Pjan ta' Sapport Individwali li jkun imsejjes fuq il-bżonnijiet, xewqat u tamiet tal-persuna stess (Person Centred Planning).
|