Residential Services

BulletServizzi Residenzjali Preżenti

Appartament fil-Fgura:

Ir-Residenza tal-Fgura hija appartament tal-Awtorita' tad-Djar fil-Bini tal-Gvern u għandha tlett ikmamar tas-sodda. Din ir-residenza laqgħet l-ewwel klijenti tagħha fil-11 ta' Novembru 2002.

L-appartament inawgurah uffiċċjalment Dr Lawrence Gonzi (dak iż-żmien Ministru għall-Politika Soċjali) meta mar fuq il-post fil-11 ta' Ottubru, 2002.

Appartament f' Ħal Kirkop:

Ir-Residenza ta' Ħal-Kirkop hija t-tieni appartament tal-Awtorita' tad-Djar. Fiha tlett ikmamar tas-sodda u tinsab fil-Bini tal-Gvern ta' Ħal Kirkop. L-ewwel żewġ klijenti marru joqogħdu fiha fil-11 ta' Frar 2003.

Residenza Vajrita (l-ewwel sular), Wied il-Għajn:

Ir-Residenza Vajrita (l-ewwel sular) f'Wied il-Għajn kienet l-ewwel li nfetħet minn żewġ sulari. Il-post kollu kien inbena bħala kumpless għall-vaganzi (propjeta' tal-Gvern). Dan kellu nbidel fi tnax-il appartament żgħir, sitta fuq kull sular. Kull appartament fih kamra tas-sodda, living area, kċina żgħira, u doċċa. L-ewwel klijenti daħlu fl-14 ta' April 2003.

Dan is-sular infetaħ uffiċċjalment fl-1 ta' Frar 2003 mill-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, Dr Eddie Fenech Adami.

Residenza Vajrita (it-tieni sular), Wied il-Għajn:

Ir-Residenza Vajrita (it-tieni sular) f'Wied il-Għajn tlestiet f'Diċembru 2003, u hekk setgħu jidħlu aktar klijenti fit-tieni grupp ta' sitt appartamenti żgħar tal-kumpless. L-ewwel klijenti ntlaqgħu fiha fil-11 ta' Diċembru 2003.

It-tieni sular infetaħ uffiċċjalment fil-11 ta' Diċembru minn Dr Lawrence Gonzi, il-Ministru għall-Politika Soċjali ta' dak iż-żmien.

Villino Maria, Mtarfa:

Villino Maria kienet dar tal-Gvern li nbniet apposta fil-lokalita' ta' l-Imtarfa. Kienet ippjanata li jkollha erbat ikmamar tas-sodda b'kamra oħra li setgħet tinbidel f'kamra tas-sodda (il-ħames waħda). L-ewwel klijenta daħlet fil-31 ta' Lulju, 2003.

Id-dar infetħet uffiċċjalment fit-8 ta' April, 2003 mill-Ministru għall-Politika Soċjali ta' dak iż-żmien, Dr Lawrence Gonzi.

Dar l-Arka, Għajnsielem:

L-Aġenzija daħlet ukoll fi ftehim mal-Ministeru gġall-Politika Soċjali ta' dak iż-żmien, il-Ministeru għal Għawdex u l-Fondazzjoni Arka biex tipprovdi sitt postijiet residenzjali f'Dar l-Arka, Għawdex. L-ewwel żewġ klijenti daħlu joqogħdu fiha fit-8 ta' April, 2003.

Read in English