|
Kull persuna b'diżabbilta' fl-eta' bejn it-18 u d-59 sena li teħtieġ għajnuna tista' tagħmel użu mis-Servizzi Residenzjali. M'hemm l-ebda restrizzjoni dwar tip ta' diżabbilt. Iżda s-servizzi jitmexxew b'dawn il-kriterji:
- Tingħata prijorit lil persuni b'diżabbilta' b'imġieba qalila, li jkunu f'riskju kbir li jiddaħħlu f'xi istituzzjoni, jew jinsabu fi ħtieġa kbira.
- It-talba tal-persuna b'diżabbilta' tista' tintlaqa' bir-riżorsi li għandha l-Aġenzija f'dik ir-Residenza partikolari. Fejn ma jkunx hemm mezzi dak iż-żmien, SAPPORT tintrabat li tiksibhom.
- Il-persuna b'diżabbilta', il-familja tagħha, u/jew entitajiet oħra li jipprovdu servizz ikunu lesti jieħdu sehem fil-Pjan ta' Sapport Individwali u Person Centred Planning. Il-persuna b'diżabbilta', il-familja tagħha, u/jew min jipprovdi s-servizz kollha għandhom sehem skond ma jeħtieġ is-servizz partikulari.
- Barra milli tilħaq il-kriterji ġenerali biex tintagħżel, kull persuna titqies ukoll dwar kemm aktarx taqbel mar-residenti l-oħra tal-programm. Dan ifisser, fost punti oħra:
- kemm taqbel mal-ħtiġijiet, ħiliet, u/jew mġieba tar-residenti l-oħra;
- kemm taqbel dwar eta' u personalita'.
L-għan ta' wara dan il-kriterju huwa li jinżamm sħiħ il-programm li jkun għaddej fir-Residenza partikulari.
|