|
Id-drittijiet tal-Persuni b’Dizabilità qed jigu msahha ... u bil-fatti
Monday, September 7, 2009
Is-Servizzi ta’ Matul il-Jum ghal Persuni b’Dizabilità, jew Adult Training Centres (ATCs) kif kienu maghrufa, ghaddew taht ir-responsabilità tal-Agenzija SAPPORT, fi hdan il-Fondazzjoni ghal Servizzi ta’ Harsien Socjali tal-Ministeru tal-Politika Socjali, fid-9 ta’ April 2007. F’dawn is-sentejn u ftit, l-Agenzija ghamlet hafna xoghol biex ittejjeb il-hidma f’dawn ic-Centri, l-ewwelnett billi evalwat il-hidma li kienet issir fic-Centri u l-istat tal-bini tac-Centri kollha. L-Agenzija hadet hsieb ukoll li permezz ta’ ditta indipendenti taghmel Skills Audit tal-haddiema kollha biex gie stabbilit programm ta’ tahrig li qieghed jitwettaq b’mod regolari ghall-haddiema kollha skont il-bzonn. Barra minn hekk gie stabbilit ukoll il-bzonn li tizdied il-hidma professjonali fic-Centri u ghal dan il-ghan digà gew impjegati numru ta’ Social Workers biex jappoggjaw lic-Centri fil-hidma mal-klijenti u l-familjarji taghhom. Minbarra hekk, kull meta jkun hemm possibilità, qed jigu impjegati professjonisti ohra bhal fizjoterapista u numru ta’ gradwati fil-psikologija. Mizura ohra li ttiehdet kienet li titwaqqaf il-provizjoni ta’ ikel provdut min kcina centrali matul ix-xhur tax-xitwa u minflok kull Centru jiehu hsieb jipprovdi snack addatata ghal kull persuna li tattendi c-Centri fuq parir ta’ nutritionist. Bil-metodu precedenti ta’ kif kien jigi ppreparat l-ikel, kien hemm hafna hela u spejjez zejda filwaqt li bil-metodu l-gdid, l-ikel qed jigi ppreparat fuq il-post u ghalhekk ma hemmx bzonn li jingarr madwar Malta kollha. Biex giet implementata din il-mizura, il-haddiema kollha gew imharrga fil-Food Preparation and Hygene. Tajjeb li wiehed isemmi li f’Marzu tal-2008 l-Agenzija Sapport permezz tal-Fondazzjoni iffirmat Collective Agreement gdid li fisser il-kundizzjonijiet tax-xoghol u rimunerazzjoini finanzjara ferm ahjar ghall-haddiema, minkejja s-sagrificcju finanzjarju kbir li fisser ghall-Agenzija. Mil-lat kapitali sar ukoll hafna xoghol. L-ewwel u qabel kollox gew indirizzati problemi serji fis-sistemi tad-dawl fic-Centri tal-Imtarfa u ta’ Hal Far u f’dan tal-ahhar giet irrangata s-sala tal-attivitajiet li giet imkabbra hafna u b’hekk tista’ takkomoda aktar persuni b’dizabilità waqt l-attivitajiet li jigu organizzati b’mod regolari. Dan ix-xoghol inkluda t-tnehhija tas-saqaf tal-asbestos li kien ta’ periklu kemm ghall-klijenti kif ukoll ghall-haddiema. Illum tista’ tghid li l-Units kollha fic-Centri kollha huma mghammra bl-arja kkundizzjonata ghal kumdità kemm tal-klijenti kif ukoll tal-haddiema. Fic-Centru ta’ Wied il-Ghajn il-pool area li ma kinitx tista’ tintuza minhabba l-hsara konsiderevoli li kien fiha, illum giet rijabilitata u tipprovdi spazju miftuh u attrajenti ghall-uzu kemm matul il-gurnata kif ukoll filghaxija. Fic-Centru tal-Imtarfa twahhal Hammett Bath (li gie regalat mis-Sur Hammett) biex joffri servizz ta’ terapija ghal dawk il-klijenti li jkollhom bzonnha. Dan minbarra li gew imfassla programmi varji biex il-klijenti kollha jkunu jistghu jippartecipaw f’attivitajiet ta’ crafts u terapija (Razzett tal-Hbiberija), kif ukoll biex jigu inkluzi fis-socjetà generali u fl-istess hin jissocjalizzaw flimkien kif ukoll fil-komunità. Wahda min dawn l-attivitajiet saret nhar l-Erbgha 2 ta’ Settembru bejn il-5 u 9.30 ta’ filghaxija fil-kumpless ‘Splash and Fun’ f’Bahar ic-Caghaq. Din l-attività attendew ghaliha numru sabih ta’ persuni b’dizabilità inkluz numru kbir li juzaw is-siggu tar-roti (il-klijenti kollha kienu mistiedna). Is-serata kienet tinkludi ghawm fil-pool il-kbira u loghob fl-ilma u dan sar fl-istess hin u waqt li l-pool kienet qed tintuza minn persuni ohra mill-pubbliku u ghalhekk twassal messagg car ta’ ugwaljanza u ta’ dritt ghal persuni b’dizabilità li jippartecipaw bis-shih fis-socjetà. Is-serata kompliet b’BBQ b’ikel tajjeb (fejn anke dawk li ghandhom bzonnijiet ta’ dieta partikolari gew indirizzati) u kant minn numru ta’ kantanti stabbiliti fejn il-persuni li jattendu c-Centri apprezzaw dan kollu billi ppartecipaw bic-capcip, kant u anke zfin. Kien ta’ sodisfazzjon ghal kullhadd, kemm ghall-Management kif ukoll ghall-haddiema li tant stinkaw sabiex din l-attività tkun success meta raw lill-klijenti dahkana huma u jirkbu biex imorru lura d-dar. Dan grazzi wkoll ghall-Management tal-iSplash and Fun. Dawn it-tip ta’ attivitajiet ikunu possibli bil-participazzjoni tal-haddiema kollha li haqqhom kull tifhir, u permezz ta’ rizorsi finanzjari li twarrbu minn mizura li twaqqfet fejn xi klijenti (ghaliex mhux kollha kienu jibbenefikaw minn dan) fi zmien il-Millied kienu jiehdu ammont ta’ €23.29. B’hekk issa l-klijenti kollha jistghu jibbenfikaw minn dawn l-attivitajiet u l-flus imorru direttament ghat-tgawdija tal-klijenti. Hafna mil-klienti li juzaw is-servizz baghtu ittri ta’ apprezzament tas-servizz li jinghataw. Ghal aktar informazzjoni dwar is-Servizzi ta' Matul il-Jum, zur http://www.sapport.gov.mt/dayservices_overview.asp
 View All Press Releases and Activities
|