Frequently Asked Questions

BulletServizzi Residenzjali

Q : Kif nista' nasal għas-servizzi tagħkom?
A : Kull talba ta' servizz għandha ssir lis-Servizzi ta' Ħidma Soċjali. Huma jagħtu lill-persuna li tapplika l-informazzjoni kollha li teħtieġ u jmexxuha skond il-bżonn. Talbiet għas-Servizzi Residenzjali jiġu preżentati lis-Service Allocation Committee li jistudja t-talba u jiddeċiedi dwar l-għoti tas-Servizz. Ladarba s-Servizz jingħata, il-persuna b'diżabbilta' tiġi referuta lis-Servizzi Residenzjali.

Q : Ikolli nħallas għal dan is-Servizz?
A : Is-Servizz jingħata bla ħlas. Il-klijenti ikollhom jagħtu kontribuzzjoni lejn l-ispejjeż ta' alloġġ u manteniment permezz tal-Pensjoni tad-Diżabbilta' jew xi għamla ta' allowance oħra li jistgħu jkollhom.

Q : B'dan ibni/binti se jkollu/jkollha fejn joqgħod/toqgħod tul ħajtu/ħajjitha kollha?
A : Sakemm il-persuna b'diżabbilta' tixtieq tibqa' toqgħod f'residenza tas-SAPPORT, l-Aġenzija tibqa' tagħti s-sapport meħtieġ.

Q : Dan is-Servizz jista' jingħata lil persuni b'diżabbilta' li bħalissa qegħdin jgħixu f'istituzzjoni?
A : Iva. SAPPORT toffri dan is-servizz lil persuni bħal dawn, basta jkunu lesti jitilqu minn fejn qegħdin bħalissa u jimxu ma' l-istess proċedura għas-servizz bħal ħaddieħor.

Q : Intom tagħtu sapport lil ibni/binti b'diżabbilta' meta nkun neħtieġ mistrieħ?
A : Le, is-Servizzi fil-Komunita' ta' l-Aġenzija SAPPORT ma jagħtux dik l-għamla ta' għajnuna.

Q : Is-Servizz Residenzjali jista' jserraħ moħħ kull familja li għandha lil xi ħadd b'diżabbilta'?
A : Is-Servizz Residenzjali għen biex itejjeb il-ħajja tal-klijenti. Iżda dan is-servizz ma jgħoddx għall-persuni kollha b'diżabbilta' u ma tistax toffrih lilhom kollha. L-għan ewlieni tal-Aġenzija hu li jwassal lill-persuna b'diżabbilta' għal għejxien indipendenti mingħajr ma twarrabha minn fejn tixtieq toqgħod, u kemm jista' jkun tagħtiha sapport fl-ambjent tal-familja.

Read in English