Frequently Asked Questions

BulletServizzi ta' Matul il-Jum

Q : Min jista' japplika?
A : Persuni ta' eta' 'il fuq minn tmintax-il sena għandhom diversi forom ta' diżabilita', fosthom dik intelletwali, jew inkella għandhom diżabilita' intellettwali biss, jistgħu japplikaw għal dan is-servizz.

Q : Kif wieħed jista' japplika għal Servizz ta' Matul il-Jum?
A : Wieħed għandu jikkuntattja lit-tim ta' Ħidma Soċjali tal-Aġenzija SAPPORT. Il-persuna tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa. Dawn ir-riferimenti jiġu mgħoddija lid-Dipartiment tas-Servizzi ta' Matul il-Jum fejn jiġu riveduti, allokati jew impoġġija f'waiting list, skond il-ħtieġa tal-mument.

Q : Dawn is-servizzi huma bi ħlas?
A : Is-Servizzi ta' Matul il-Jum, kif ukoll it-trasport meħtieġ, huma mingħajr ħlas.

Q : Kif tista' tkun involuta l-familja tal-klijent?
A : Wara li l-persuna d'diżabilita' tiġi assessjata u l-bżonnijiet individwali tagħha magħrufa, il-persuna tingħata s-servizzi li teħtieġ. Dan l-assessjar jitmexxa minn tim multi-dixxiplinarju, li jinkludi l-individwu, il-familjari, u staff professjonali involut fil-ħajja tal-klijent. Huwa importanti li dawn il-persuni jkunu involuti fl-istadji kollha ta' dan l-assessjar. Fl-aħħar mill-aħħar, is-Servizzi ta' Matul il-Jum għandhom l-għan li joffru sapport lill-ġenituri/carers ta' persuni b'diżabilita', biex dawn jibqgħu jgħixu ħajjithom fil-komunita' mingħajr ma jkunu iżolati, b'hekk jgħixu b'mod aktar indipendenti.

Q : Il-klijenti jattendu ċ-Ċentru l-iktar qrib tar-residenza tagħhom?
A : Kull ċentru jilqa' fih klijenti minn bosta lokalitajiet differenti, li mhux bilfors viċin iċ-ċentru. Il-persuni b'diżabilita' jintbagħtu f'dawk iċ-ċentri li jkollhom post. Ladarba l-klijent jibda jattendi ċentru parikolari u jkun beda jintegra fis-servizz, dan jibqa' jattendi dak iċ-ċentru partikolari li jkun komdu fih.

Q : X'tip ta' sapport jingħata minn dawn iċ-ċentri?
A : Is-support workers u staff professjonali ieħor, jieħdu ħsieb il-bżonnijiet tal-persuna b'diżabilita' bħal terapija. L-istaff taċ-Ċentri jikkordinaw ukoll diversi attivitajiet u jgħinu fl-iżvilupp tal-abbiltajiet tal-klijenti.

Read in English