Frequently Asked Questions

BulletServizzi fil-Komunit

Q : Kif nista' nasal għas-servizzi tagħkom?
A : Kull talba ta' servizz għandha ssir lis-Servizzi ta' Ħidma Soċjali. Huma jagħtu lill-persuna li tapplika l-informazzjoni kollha li teħtieġ u jmexxuha skond il-bżonn. Talbiet għas-servizzi fil-Komunita' jiġu preżentati lis-Service Allocation Committee li jistudja t-talba u jiddeċiedi dwar l-għoti tas-Servizz. Ladarba s-servizz jingħata, il-persuna b'diżabbilta' tiġi referuta lis-Servizzi fil-Komunita'.

Q : Ladarba japprova l-SAC, meta nibda nirċievi s-Servizzi fil-Komunita'?
A : Is-Service Allocation Committee japprova Servizzi fil-Komunit skond il-qagħda finanzjarja tal-Aġenzija SAPPORT. Iżda l-SAC jista' jirrikkmanda li tingħata prijorit f'sitwazzjonijiet li jqishom urġenti. Jekk ir-riżorsi ma jippermettux li jingħata servizz mil-ewwel, il-persuna approvata tinżamm fuq lista ta' stennija.

Q : X'għamla ta' sapport jagħtu s-Servizzi fil-Komunita'?
A : SAPPORT tagħti għajnuna personali, tagħlim jew taħriġ skond il-ħtieġa, u sapport lill-persuni b'diżabbilta' u l-familji tagħhom waqt xi kriżi.

Q : Intom tagħtu sapport lil ibni/binti b'diżabbilta' meta nkun neħtieġ mistrieħ?
A : Le, is-Servizzi fil-Komunita' tal-Aġenzija SAPPORT ma jagħtux dik l-għamla ta' għajnuna.

Read in English