|
Malli tidħol talba għas-Servizzi ta' Matul il-Jum, it-tim ta' Ħidma Soċjali jibda l-assessjar tal-bidu u jirranġa għas-servizzi li jridu jiġu wara. It-tim jagħmel għażla fost it-talbiet li jkollu fuq il-bażi tal-aktar ħtiġijiet iebsin u urġenti tal-individwi li qegħdin jitolbu l-għajnuna, u jressaq is-sitwazzjonijiet lid-Dipartiment tas-Servizzi ta' Matul il-Jum. Assessjar ieħor jibqa' jsir kull sena minn tim multi-dixxiplinarju, li jinkludi l-individwu, il-familjari, u staff professjonali involut fil-ħajja tal-klijent. B'hekk jitfassal programm individwalizzat, li jiġi rivedut fuq bażi regolari. Huwa importanti li l-klijenti jkunu involuti fl-istadji kollha ta' preparazzjoni biex jitfassal dan il-programm.
|