|
Missjoni
"Ninkoraġġixxu lill-klijenti jiżviluppaw l-abbiltajiet u l-ħiliet meħtieġa biex jakkwistaw aktar determinazzjoni u jintegraw aħjar fis-soċjeta', filwaqt li jgawdu u jibbenefikaw minn ambjent addattat għalihom."
Viżjoni
"Niżviluppaw il-potenzjal ta' persuni b'diżabilita' biex jipparteċipaw aktar fil-komunita' u jkollhom ħajja iżjed indipendenti, skond l-abbiltajiet tagħhom".
Għanijiet
1. Il-klijenti jipparteċipaw f'attivitajiet li jgħinuhom jiżviluppaw il-ħiliet meħtieġa biex jgħixu ħajja aktar indipendenti;
2. Il-klijenti jkunu aktar attivi fil-komunita';
3. Dan is-servizz iservi bħala sapport għall-ġenituri u familjari oħra tal-persuni b'diżabilita' billi jgħinhom biex ikollhom aktar ħin għal bżonnijiet personali tagħhom.
Deskrizzjoni
F'Malta hawn 10 Ċentri ta' Matul il-Jum għal Persuni b'Diżabilita'. L-għan ta' dan is-servizz huwa li jgħin lil dawn il-persuni jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom permezz ta' diversi attivitajiet kif ukoll jingħata sapport lill-familjari. B'hekk dawn il-persuni b'diżabilita' jkunu jistgħu jintegraw ruħhom aktar fil-komunita' u jgħixu b'mod aktar indipendenti.
L-għanijiet ta' dan is-servizz jintlaħqu permezz ta':
1. Programmi speċjalizzati ta' ħiliet bażiċi li persuna b'diżabilita tista' tiġi bżonn biex tgħix ħajja indipendenti, kif ukoll abbiltajiet oħra li jgħollu l-livell ta' għixien tal-persuna;
2. Programmi li jinvolvu persuni b'diżabilita' f'ħafna attivitajiet fil-komunita', kemm fil-qasam tax-xogħol kif ukoll f'dak rikreattiv;
3. Programmi li jgħinu lil dawn il-persuni jiżviluppaw aktar fiżikament kif ukoll psikoloġikament, kif ukoll jinħolqu attivitajiet li jgħinu lill-klijent mill-lat edukattiv, soċjali, kulturali kif ukoll dak rikreattiv.
|