|
Dawn iċ-Ċentri joffru servizz ta' sapport, kif ukoll joffru taħriġ lill-persuni b'diżabilita' dwar il-ħiliet li jkunu jeħtieġu biex jgħixu ħajja aktar indipendenti. Waħda mill-karatteristiċi li jispikkaw f'dan is-servizz hija l-mod li bih jiżviluppa l-individwu u t-titjib fil-livell ta' għixien tal-persuna b'diżabilita'.
Is-Servizzi ta' Matul il-Jum jgħinu lill-klijenti jiżviluppaw relazzjonijiet ma' persuni oħra kif ukoll jiggwidawhom biex jibbenefikaw minn riżorsi oħra fil-komunita'. Dan ifisser li dawn il-persuni jistgħu jqattgħu nofs ta' nhar mimli b'attivitajiet organizzati apposta għalihom mill-istaff taċ-Ċentri. Dawn l-attivitajiet jinkludu diversi crafts bħal cane work, pottery, card making, kif ukoll tisjir. Il- klijenti għandhom ukoll l-opportunita' li jinvolvu ruħhom fil-mużika, drama, arti, xogħol tal-injam u ħjata, xogħol fuq il-kompjuter kif ukoll korsijiet biex jitgħallmu jiktbu u jaqraw. Minn żmien għall-ieħor jiġu organizzati wkoll attivitajiet li jgħinu lil dawn il-persuni jaqsmu u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom kif ukoll jikkommunikaw ma' persuni oħra b'diżabilita' li jattendu Ċentri differenti.
Il-klijenti jibbenefikaw ukoll minn servizz ta' għalliema u Speech Language Pathologists, biex dawn ikunu jistgħu jtejbu l-kapaċitajiet kommunikattivi tagħhom u b'hekk jikkommunikaw aħjar bejniethom.
Kif taċċessa dan is-servizz:
Sapport Day Services Central Office Blk. A, Town Centre, Triq ir-Regimenti Maltin Mtarfa MTF 1540 Tel: 2145 1868 Fax: 2145 3164
Day Centre for the Visually Impaired Centru Hidma Socjali St. Joseph's High Road Santa Venera SVR 1690 Tel: 2144 6021, 2744 6021 Fax: 2148 4409
Mtarfa Day Centre St. Oswald Street Mtarfa MTF 1311 Tel: 2145 9116, 2745 9116 Fax: 2145 0579
Hal Far Day Centre Hal Far Industrial Estate Hal Far BBG 3000 Tel: 2165 3162 Fax: 2165 9788
Fleurs-de-Lys- Day Centre Fleur-de-Lys Road Fleur-de-Lys, B'Kara BKR 9068 B'Kara BKR 9068 Tel: 2148 0585, 2748 0585 Fax: 2148 0172
Marsascala Day Centre Vajrita Street M'Scala MSK 3323 Tel: 2144 2121, 2144 1273 Fax: 2148 9210
Pembroke Day Centre Kristu Rxoxt, Pastoral Centre St. Giorgio Mittrovich Street Pembroke PBK 1014 Tel: 2138 9190, 2738 9190 Fax: 2138 9190
Swatar Resource Day Centre Triq il-Balliju Guttenberg Swatar MSD 2303 Tel: 2131 5798, 2731 5798 Fax: 2145 4720
Mtarfa Resource Day Centre Local Council Building Triq ir-Regimenti Maltin Mtarfa MTF 1540 Tel: 2145 4720, 2745 4720 Fax: 2145 4720
Cottonera Resource Day Centre Kumpless ACCESS Triq San Dwardu Birgu BRG 9030 Tel: 2398 5171, 2701 5171 Fax: 2398 5170
Paola Day Centre (PHRF/FSWS) Paola Hill Paola PLA 1707 Tel: 2788 5136, 2180 5115 Fax: 2788 5135.
This section will be available shortly.
|