|
Għanijiet: Is-Servizzi fil-Komunita' għandhom il-għan li jwasslu l-persuni b'diżabbilta' u l-familji tagħhom jew dawk li jieħdu ħsiebhom biex igawdu ħajja aħjar. Dan isir permezz ta' għajnuna personali u/jew interventi. Hekk jistgħu jiksbu d-dritt li jgħixu fl-ambjent tal-familja u jieħdu sehem sħiħ fil-komunit bħala ċittadini.
Is-Servizzi fil-Komunita' jingħataw kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex. Huma mfassla biex jilqgħu għal ħtiġijiet partikulari ta' kull individwu b'diżabbilta', flimkien mal-familja jew min jieħu ħsieb il-persuna. Kull tliet xhur l-Aġenzija tirrevedi l-istrateġija ta' għajnuna kif qed tiġi mogħtija biex tkun żgura li qiegħda tilħaq l-għanijiet tagħha.
SAPPORT tipprovdi żewġ għamliet ta' sapport fil-komunita': Assistenza Personali (Personal Assistance) u Intervent (Intervention).
Deskrizzjoni:
Personal Assistance tagħti sapport dirett biex tgħin lill-persuni b'diżabbilta' fil-bżonnijiet tal-għajxien ta' kuljum f'darhom, fil-post tax-xogħol u fil-komunita', fejn u kull meta tinqala' l-ħtieġa.
Intervention tipprovdi tagħlim u taħriġ għall-persuni b'diżabbilta' biex jitgħallmu u jitrawmu f'dak li jeħtieġu fil-ħidmiet tal-ħajja ta' kuljum, u biex jikkomunikaw ma' ħaddieħor kemm fid-dar kif ukoll fil-komunita'.
Dawn is-servizzi jingħataw minn grupp ta' Support Workers, bl-għajnuna tas-Servizz ta' Ri\orsi u taħt id-direzzjoni tal-Community Supervisor.
|