About Sapport

BulletKommunita'

Is-SERVICE ALLOCATION COMMITTEE (SAC)

Is-Services Allocation Committee (SAC) ġie mwaqqaf mill-Aġenzija biex iservi bħala entita' semi-indipendenti li tevalwa t-talbiet għas-Servizzi tas-SAPPORT li jitressqu quddiemha u tapprova l-istess Servizzi skond ir-riżorsi preżenti tal-Aġenzija. Il-Kumitat iwieġeb lill-Kap Uffiċjal Operattiv tal-Aġenzija SAPPORT.

Kompożizzjoni:

  • Maniġer (SAPPORT).

  • Professjonist wieħed mill-komunita' f'qasam relatat.

  • Rappreżentant wieħed tal-persuni b'diżabbilta' mill-komunita' (KNPD)

  • Ġenitur wieħed li jirrappreżenta/tirrappreżenta lil dawk il-persuni b'diżabbilta' fil-komunita' li ma jistgħux jitkellmu għalihom infushom.

  • Maniġer ta' Servizz jew delegat tiegħu/tagħha (SAPPORT).

  • Impjegat mill-Qasam ta' Ħidma Soċjali li jkun għamel l-assessjar tal-bidu (SAPPORT). Dan il-membru ma jkollux vot fil-Kumitat għax ikun/tkun qiegħed/qiegħda jirrappreżenta/tirrappreżenta lill-klijent.

Dmirijiet:

Is-Service Allocation Committee jiltaqa' mill-inqas darba fix-xahar, jew meta jkun meħtieġ, biex jilqa' għall-ħtiġijiet ta' xi individwu li jkun jinsab f'xi riskju. Jaraw jekk ikunx hemm post għas-servizz partikulari meħtieġ u s-sitwazzjoni dwar il-finanzi. Il-Kumitat jevalwa l-ħtiġijiet tal-persuna b'diżabbilta' u l-familja tagħha, jara s-servizzi li hemm kemm jaqblu mal-każ, u jirrikkomandaw l-individwu magħżul għas-servizz.

Il-Kumitat jeżamina ċ-ċirkostanzi ta' persuni li s-servizz preżenti ma jistax jilqa' aktar għall-ħtiġijiet tagħhom. B'hekk il-Kumitat ikun jista' jfittex sistemi oħra ta' sapport fost dawk li jeżistu.

Is-SAC għandu jimxi mal-policies u l-proċeduri għall-għoti ta' servizzi tal-Aġenzija SAPPORT, u jittratta l-postijiet vojta li jkun hemm skond is-sistema żviluppata mis-Servizzi tal-Aġenzija.

Din is-sistema tinbena fuq l-għan li għandha l-Aġenzija li tagħti sapport lil persuni b'imġieba diffiċli, ħtiġijiet kbar, jew li qegħdin f'xi riskju bħal li jintbagħtu f'xi istituzzjoni.

SAPPORT Abuse Review Team (SART):

L-Aġenzija SAPPORT għandha għajnejha dejjem miftuħa għas-sehem li għandha fil-ħajja ta' kuljum tal-klijenti tagħha. Għaldaqstant waqqfet is-SAPPORT Abuse Review Team (SART) biex tiżgura li l-klijenti qegħdin jinqdew tajjeb fil-ħtiġijiet tagħhom u li d-drittijiet tagħhom huma dejjem imħarsa. Id-dmir ta' dan it-Tim huwa li jinvestiga kull sitwazzjoni jew inċident fejn jinħass li l-klijenti ma ngħatawx sapport kif meħtieġ jew intwerew nuqqas f'dawk li huma d-drittijiet tagħhom. Struttura bħal din, li twaqqfet daqshekk kmieni fl-iżvilupp tal-Aġenzija, turi kemm SAPPORT għandha għal qalbha s-servizz mogħti tajjeb lill-klijent/a u kemm tħossha responsabbli lejh/a f'kull żmien.

Kumitat tar-Riżorsi Umani (HRC):

SAPPORT tirrikonoxxi s-sehem importanti u ewlieni li l-impjegati tagħha għandhom fl-għotja tas-servizzi tagħha. Għaldaqstant l-Aġenzija waqqfet il-Kumitat tar-Riżorsi Umani (HRC) biex jinvestiga kull inċident jew sitwazzjoni li tikkonċerna lill-impjegati tagħha u tindirizza talbiet jew ilmenti rigward l-impjieg sabiex tassigura li kemm il-bżonnijiet kif ukoll l-ilmenti tal-impjegati qed jiġu mismugħa sew u d-drittijiet tagħhom qed jiġu mħarsa.

Dan il-Kumitat huwa entita' fi ħdan l-Aġenzija u jiġi msejjaħ skond il-ħtieġa.

Read in English